Aqbeż għall-kontenut

Sistema ta' Reġistrazzjoni tal-Artijiet

Tnedija tas-Sistema l-Ġdida tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (LRS)

L-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet bi pjaċir tħabbar it-tnedija tas- Sistema l-ġdida tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (LRS):

Tiftix Uffiċjali

Is-sottomissjonijiet tal-Formola E se jkomplu jsiru manwalment. Madankollu, fejn il-pjan tas-sit rilevanti jkun inħareġ permezz tal-modulu l-ġdid tal-Pjanti, il-Formola E trid tiġi sottomessa permezz tal-LRS.

Pjanti

Il-modulu tal-pjanti se jissostitwixxi kompletament is-sistema attwali u jsir l-unika pjattaforma għat-talbiet u l-ġestjoni tal-pjanti. L-utenti se jkunu jistgħu wkoll jagħmlu ħlasijiet online, iniżżlu l-pjanti maħruġa f'format PDF, u jistampawhom direttament fuq karta A3 standard billi jużaw printer kapaċi jistampa A3.

Tutorjali ta' Istruzzjoni

It-tutorjali bil-vidjo li ġejjin jipprovdu gwida pass pass dwar kif taċċessa u tuża l-moduli l-ġodda:

L-introduzzjoni tal-LRS tirrappreżenta pass importanti fil-modernizzazzjoni kontinwa tas-servizzi tal-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.