Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità
L-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (LRA) hija impenjata li tagħmel il-websajt tagħha aċċessibbli skont ir-Regolamenti tal-Korpi tas-Settur Pubbliku (SL 418.03) li jittrasponu d-Direttiva 2106/2101 tal-Parlament Ewropew.
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-websajt uffiċjali tal-LRA fuq lra.mt.
Status ta' Konformità
Dan is-sit elettroniku huwa kompletament konformi mar-Regolamenti dwar l-Aċċessibilità tas-Siti Elettroniċi u l-Applikazzjonijiet Mobbli tal-Korpi tas-Settur Pubbliku (SL 418.03) li jittrasponu d-Direttiva 2106/2101 tal-Parlament Ewropew.
Jekk tidentifika kontenut jew problemi li mhumiex aċċessibbli, jekk jogħġbok għarrafna permezz tad-dettalji ta' kuntatt ipprovduti hawn taħt.
Tħejjija ta' din id-Dikjarazzjoni ta' Aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fl-20 ta' April 2023 billi segwiet il-mudell li jinsab fid- Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1523.
Id-dikjarazzjoni ma ġietx riveduta mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta.
Rispons u Informazzjoni ta' Kuntatt
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tal-websajt tagħna. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa' ma' ostakli għall-aċċessibbiltà fuq:
- Telefon: +356 25609700
Limitazzjonijiet u alternattivi
- L-ebda għażla biex taqbeż kontenut ripetut
- Xi hyperlinks fuq il-websajt jistgħu jkunu identifikabbli biss bil-kulur
- Xi wħud mill-immaġini jistgħu jwasslu għal link mingħajr test fih.
- Xi dokumenti PDF jistgħu ma jkollhomx il-formattjar xieraq għall-użu minn teknoloġiji ta' aċċessibbiltà
L-LRA implimentat programm ta’ titjib kontinwu biex tirrettifika dan ta’ hawn fuq, madankollu minkejja l-isforzi kollha tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tal-websajt tal-LRA, jista’ jkun hemm xi limitazzjonijiet li setgħu ma ġewx innutati jew li huma ppjanati li jsiru aċċessibbli dalwaqt. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tosserva xi kwistjoni bħal din fil-websajt tagħna.
Ilmenti formali
L-għan tagħna hu li nwieġbu għall-feedback dwar l-aċċessibbiltà fi żmien jumejn ta' xogħol, u li nipproponu soluzzjoni fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol. Għandek id-dritt li teskala lment lill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni fuq https://www.mca.org.mt/accessibilitycomplaint jew lill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD), jekk ma tkunx sodisfatt bir-risposta tagħna lilek.
Proċedura ta' Infurzar
Il-leġiżlazzjoni dwar il-proċedura ta' infurzar tad-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tal-Web tista' tiġi aċċessata permezz tal-link li ġej:
https://legislation.mt/eli/sl/418.3/eng