Aqbeż għall-kontenut

Libertà tal-Informazzjoni

Awtorità PubblikaAġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet
Deskrizzjoni tal-istruttura tad-dipartiment/direttorat/entitàL-organigramma tal-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet hija disponibbli mil-link li ġej:
https://lra.mt/organigram/
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tad-dipartiment/direttorat/entitàDwarna
Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta' dokumenti li żżomm id-dipartiment/id-direttorat/l-entità (inklużi dokumenti eżentati)Reġistru tal-Artijiet : Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' proprjetà, ħlasijiet, kawzjonijiet, u tfittxijiet uffiċjali (Formola Es), Ċertifikati tat-Titolu, dokumentazzjoni relatata ma' każijiet fil-qorti u dokumentazzjoni anċillari oħra relatata mar-reġistrazzjoni tal-proprjetà. Kondominju : Applikazzjonijiet għall-ħatra/bidla jew tneħħija ta' amministratur, applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni tar-Regoli, u dokumentazzjoni anċillari oħra ma' dawn ir-reġistrazzjonijiet. Amministrazzjoni: Dokumentazzjoni u fajls tar-Riżorsi Umani, Dokumentazzjoni u rekords finanzjarji inkluż id-dħul, Dokumentazzjoni u fajls tal-Akkwist, Minuti tal-Kumitat Konsultattiv.  
Deskrizzjoni tal-manwali kollha u tipi simili ta’ dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida li skonthom jittieħdu deċiżjonijiet jew jittieħdu rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom)Liġijiet u Regolamenti li jirregolaw ir-reġistrazzjoni tal-proprjetà: L-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet, Kapitolu 296 tal-Liġijiet ta’ Malta u l-Leġiżlazzjoni Sussidjarja tagħha b’mod partikolari SL 296.01, SL 296.08 u SL 296.13 L-Att dwar il-Kondominji, Kapitolu 398 tal-Liġijiet ta’ Malta u l-Leġiżlazzjoni Sussidjarja tagħha b’mod partikolari r-Regolamenti dwar il-Kondominji, SL398.01.      
Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li teħtieġ li tkun disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jiksbu aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, liema dikjarazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-uffiċjal jew uffiċjali li lilhom għandhom jintbagħtu t-talbiet għal tali aċċessDettalji ta' Kuntatt tal-FOI: foi.lra@gov.mt
Dettalji tal-Proċedura Interna għall-IlmentiL-applikanti jistgħu jressqu lment lill-Awtorità Pubblika fi żmien massimu ta’ 30 jum mid-data tal-aħħar komunikazzjoni rilevanti mill-Awtorità Pubblika. Deċiżjoni tingħata fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol minn meta tasal l-ilment. Ilmenti sussegwenti u differenti dwar l-istess talba jistgħu jiġu sottomessi biss lill-Awtorità Pubblika wara li tkun ingħatat tweġiba għall-ewwel ilment jew wara li jgħaddu 10 ijiem ta’ xogħol mid-data tas-sottomissjoni tal-ilment. Jekk l-applikanti jibqgħu mhux sodisfatti bir-riżultat tal-ilment tagħhom, jistgħu jappellaw id-deċiżjoni permezz tal-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC) fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika mill-Awtorità Pubblika. Jekk l-applikanti jibqgħu mhux sodisfatti bir-riżultat ta’ din il-proċedura, jistgħu jappellaw id-deċiżjoni permezz tat-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fi żmien 20 jum ta’ xogħol mill-aħħar komunikazzjoni rilevanti mill-IDPC. Appell minn din id-deċiżjoni jista’ jiġi rreġistrat fil-Qorti tal-Appell fi żmien 30 jum mill-aħħar komunikazzjoni rilevanti tat-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.
Informazzjoni OħraGħal aktar informazzjoni żur il-websajt: https://foi.gov.mt
Dettalji ta' Kuntatt tal-Awtorità Pubblika116, Triq il-Punent, il-Belt Valletta VLT1535 foi.lra@gov.mt 25609700.